Pellegrinaġġ tat-Tama (Malta)
11 June, 2025
Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Ġunju 2025, is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija organizzat pellegrinaġġ għall-membri u l-kandidati Maltin taż-żewġ sezzjonijiet għal din is-sena tal-Ġublew tat-Tama. Huma ltaqaw quddiem il-Kappella ta’ San Mark, ir-Rabat, fejn minn hemm imxew pellegrinaġġ lejn il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Waqt il-pellegrinaġġ sar talb permezz tas-Salmi u siliet oħra Bibbliċi. Wara li kulħadd għadda mill-Bieb tat-Tama, il-membri u l-kandidati għamlu t-talb rekwiżit għar-rebħ tal-indulġenzi. Wara il-preżenti ħadu sehem f’Quddies immexxija minn Fr Hector Scerri.