Pellegrinaġġ tal-Ġublew tat-Tama (Malta)
31 May, 2025
Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Mejju 2025, il-membri tal-Grupp San Ġorġ Preca ħadu sehem f’pellegrinaġġ fl-okkażjoni tal-Ġublew tat-Tama. Il-pellegrinaġġ beda b’quddiesa fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid. Wara l-quddiesa, ilkoll ħadu sehem f’adorazzjoni quddiem l-Ewkaristija, li inkluda talb għar-rebħ tal-indulġenza plenarja. Fi tmiem l-adorazzjoni ngħatat il-barka Ewkaristika. Il-pellegrinaġġ intemm b’ħin informali flimkien fil-Qasam ta’ Raħal Ġdid.