Pellegrinaġġ għall-Membri (Għawdex)
26 April, 2025
Nhar l-Erbgħa 23 ta’ April 2025, is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija organizzat pellegrinaġġ għall-membri Għawdxin taż-żewġ sezzjonijiet għal din is-sena tal-Ġublew tat-Tama. Huma ltaqaw quddiem il-Kappella ta’ San Ġużepp fiċ-Ċittadella, fejn minn hemm imxew pellegrinaġġ lejn il-Katidral tal-Assunta tar-Rabat, Għawdex. Il-membri ħadu sehem f’Quddies b’suffraġju għal ruħ il-Papa Franġisku.

Sibt il-Għid (Durrës)