Parteċipazzjoni fil-Ġublew taż-Żgħażagħ
27 July, 2025
Nhar il-Ħadd 27 ta’ Lulju 2025, tnejn u għoxrin kandidat u pre-kandidat, mid-Delegazzjoni ta’ Malta u Għawdex, flimkien mad-Direttur tagħhom, u l-membri Johann Tabone u Robert Micallef, bdew il-vjaġġ tagħhom lejn Ruma biex jieħdu sehem fil-Ġublew taż-Żgħażagħ. Dan huwa t-tieni grupp tas-Soċjetà li se jkun preżenti għal dan il-Ġublew tat-Tama. Huma se jkollhom ukoll l-opportunità li jżuru Assisi. Permezz ta’ dan il-pellegrinaġġ, dawn iż-żgħażagħ se jesperjenzaw realtajiet oħra tal-Knisja Kattolika u jkompli jikbru fil-formazzjoni tagħhom. Nakkumpanjawhom bit-talb tagħna.

Konferenza IGNITE (Lipa)