Fl-aħħar xhur, il-qasam ta’ Rusa, Poznań, beda ħidma missjunarja fil-villaġġ ta’ Tulce, li jinsab 16-il kilometru ’l bogħod mill-istess qasam. Din l-inizjattiva bdiet bi grupp ta’ żgħażagħ li kienu jinġabru matul ix-xhur tar-rebbiegħa u tas-sajf għal logħba futbol kull nhar ta’ Sibt fi grawnd ta’ skola. Wara l-logħob kien ikollhom riflessjoni qasira u mument ta’ talb. Fil-bidu tal-ħarifa, il-grupp mexa għall-gym tal-iskola, fejn il-laqgħat komplew isiru b’mod regolari.
L-impenn kostanti miż-żewġ naħat ħeġġeġ lill-qasam biex jieħu pass ieħor ’il quddiem. Riċentement, il-qasam kera sala fil-qrib li toffri spazju ta’ daqs addattat u xieraq għal-laqgħat ta’ formazzjoni mal-grupp ta’ Tulce. Wara, il-grupp ikollu ħin għal-logħon tal-ballum fil-gym.
Nitolbu biex il-Mulej ibierek din il-missjoni ġdida fost iż-żgħażagħ ta’ Tulce, sabiex permezz tal-MUSEUM ikomplu jikbru fl-imħabba tagħhom lejn Ġesù.


