Outreach f’Tulce (Poznań)
22 May, 2026
Fl-okkażjoni tal-festa tal-Fundatur, San Ġorġ Preca, għall-ewwel darba saret preżentazzjoni qasira dwar is-Soċjetà waqt il-Quddiesa fil-Parroċċa tat-Twelid tal-Madonna f’Tulce, nhar il-Ħadd 10 ta’ Mejju 2026. Matul is-sena li għaddiet, il-membri tal-qasam ta’ Poznań wettqu appostolat ma’ grupp ta’ żgħażagħ f’Tulce biex isiru jafu aktar fuq is-Soċjetà.
Wara introduzzjoni qasira mill-membru Rainer Bezzina, tliet żgħażagħ qasmu messaġġ dwar l-għan u l-missjoni tal-SDC fost iż-żgħażagħ. Il-messaġġ tagħhom intlaqa’ tajjeb ħafna, u fi tmiem il-Quddiesa tqassmu fuljetti dwar San Ġorġ Preca, it-tagħlim tiegħu, u l-missjoni tas-Soċjetà madwar id-dinja.

Ċelebrazzjoni Marjana (Malta)