Nofstanhar Irtir
Koperaturi (Malta)
07 December, 2025
Il-Koperaturi Maltin, mal-familja tagħhom, iltaqgħu fl-iskola St Michael għal irtir ta’ nofstanhar il-Ħadd 7 ta’ Diċembru 2025. Il-membru Joe Fenech mexxa żewġ riflessjonijiet fuq Ommna Marija. Fil-ġurnata ta’ qabel il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni, riflessjoni fuq il-Verġni Marija kienet waħda f’postha. Imma apparti dan, fiż-żmien l-Avvent, Marija hija wkoll il-mudell li l-Knisja tpoġġilna quddiemna biex nimitawha fil-mod kif hi stenniet il-miġja ta’ binha Ġesù fid-dinja.
Dan l-irtir offra mument ta’ silenzju u riflessjoni lill-parteċipanti fit-tħejjija tagħhom għall-miġja ta’ Ġesù Bambin.
L-Ewwel Tqarbina f’Manchay (Perù)