Nofstanhar Irtir
Koperaturi (Malta)
24 Frar, 2026
Il-Koperaturi Maltin, flimkien mal-familji tagħhom, inġabru fl-Iskola San Mikiel nhar il-Ħadd, 22 ta’ Frar 2026, għal nofstanhar irtir. Il-membru Natalino Camilleri qasam żewġ riflessjonijiet dwar Il-Preżenza ta’ Alla fil-Familja.
Fl-Ewwel Ħadd tar-Randan, il-parteċipanti rriflettew fuq il-verità li Alla huwa dejjem preżenti f’ħajjitna, kemm jekk nistednuh, kif ukoll jekk le. Ikun xieraq li matul il-jum nitolbu: Sinjur Alla, Int hawn u jiena fik!
Dan l-irtir offra mumenti ta’ silenzju, talb u riflessjoni, u għen lil dawk preżenti jħejju qalbhom għal jiem tat-tifkira tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù Kristu.
Gilbert Simiana: