Nhar is-Sibt, 9 ta’ Mejju 2026 filgħodu, wara l-Quddiesa b’tifkira ta’ San Ġorġ Preca, iċċelebrata minn Fr Sammy OFM, il-membri tal-Grupp Ħbieb ta’ San Ġorġ Preca attendew seminar fil-qasam ta’ Ruiru dwar il-ħajja tal-Fundatur.
Is-seminar tmexxa mill-kandidati tal-qasam, li tkellmu dwar kif il-formazzjoni fil-fidi li qed jirċievu fil-qasam qed tgħinhom biex japprofondixxu l-fidi tagħhom u jagħrfu aħjar il-vokazzjoni tagħhom. Il-parteċipanti apprezzaw ħafna s-seminar li ntemm b’ikla u ħin ta’ fraternità.
Aktar tard filgħaxija, il-kandidati qasmu riflessjonijiet lit-tfal u ż-żgħażagħ. Ġew organizzati tliet gruppi fejn it-tfal u ż-żgħażagħ daru minn grupp għall-ieħor. Is-sessjoni ntemmet bi ftit refreshments, u wara kull wieħed irċieva ktieb tat-tpinġija jew relikwa ta’ San Ġorġ Preca.
Il-jum intemm bi programm speċjali relatat mal-Fundatur għall-membri u l-kandidati, u wara qasmu flimkien te u ftit snacks.
Nhar il-Ħadd filgħodu, 10 ta’ Mejju 2026, is-Superjur Tonio Callus, flimkien mal-kandidati Joseph Kimotho, Alvin Oduori u Kelvin Njui, marru fl-outstation ta’ Gachoka, li tifforma parti mill-Parroċċa ta’ Mutomo, fejn il-knisja hija ddedikata lil San Ġorġ Preca. Il-Kappillan, Fr Frank Njoroge, stieden lill-qasam biex jipparteċipa fil-Quddiesa tal-Festa ta’ San Ġorġ Preca.
Kienet ċelebrazzjoni sabiħa li matulha l-ħajja u l-missjoni ta’ San Ġorġ Preca ġew spjegata lill-kongregazzjoni. Xbieha tal-Fundatur ġiet ippreżentata lill-knisja, u tqassmu santi tal-Fundatur lil dawk preżenti. Din kienet l-ewwel okkażjoni li fiha l-qasam indirizza l-komunità Nisranija ta’ Gachoka.
Nirringrazzjaw lil Alla!


