Fl-okkażjoni tas-60 anniversarju tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u s-Santa Sede, in-Nunzjatura Appostolika għal Malta flimkien mas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija organizzaw simpożju nhar il-Ħamis, 12 ta’ Ġunju 2025 fiċ-Ċentru tal-Konferenzi DHS, Santa Venera.
Iffukat fuq it-tema tal-edukazzjoni, il-kelliem ewlieni Prof. Carmel Borg irrifletta fuq Nedukaw il-Qalb: Niskopru mill-Ġdid il-Valuri Ewlenin Tagħna. Dr Maria Montebello u Dr Ian Mifsud kien mistednin biex jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom mal-udjenza dwar it-tema. Permezz ta’ ħin għall-mistoqsijiet u tweġibiet, il-parteċipanti komplew jirriflettu aktar fil-fond fuq it-tema anki billi qassmu ir-riflessjonijiet u l-kummenti tagħhom.
Is-Sur Bernard Catania, sebbaħ l-okkażjoni b’żewġ mumenti ta’ mużika permezz tal-kitarra. Is-simpożju ġie fi tmiemu b’messaġġ min-Nunzju Appostoliku għal Malta, Mons. Savio Hon Tai-Fai.