Nhar is-Sibt, 31 ta’ Mejju 2025, il-qasam ta’ St Albans ħa sehem f’attività organizzat mill-Parroċċa Holy Eucharist bit-tema: Navigating Life’s Challenges with Hope. Bħala attività marbuta maċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena tal-Ġublew tat-Tama, din l-esperjenza offriet pariri prattiċi, inkoraġġiment emozzjonali, u riflessjoni spiritwali kemm għall-ġenituri kif ukoll għaż-żgħażagħ fl-għixien tal-ħajja kumplessa fid-dinja moderna.
Il-familji ħadu sehem f’diversi attivitajiet interattivi, inklużi arti u snajja’, mużika, esperimenti xjentifiċi, u puzzles. L-għan ewlieni kien li jgħin lill-familji iħaddnu u jipprattikaw metodi li jgħinuhom fir-reżiljenza, il-benesseri emozzjonali, u sens ta’ tama ispirat mill-fidi fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.


