Nhar is-Sibt, 11 ta’ April 2026, il-kandidati u l-prekandidati tad-Delegazzjoni ta’ Malta u Għawdex, flimkien mal-familji tagħhom, inġabru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi DĦS għal riflessjoni tal-Għid bit-titlu Il-Missjoni Twettqet?
Filwaqt li l-missjoni ta’ Kristu fuq l-art seħħet fit-totalità tagħha, hija wkoll fissret il-bidu ta’ missjoni ġdida fdata lill-Appostli: “Morru fid-dinja kollha u xandru l-Aħbar it-Tajba lill-ħolqien kollu.” Din il-missjoni tkompli fil-ħajja tal-Knisja llum, u s-Soċjetà tfittex ukoll li tieħu sehem attiv f’din is-sejħa.
Matul il-laqgħa, il-parteċipanti rriflettew fuq kif il-messaġġ tal-Għid ġie espress f’kulturi differenti permezz tal-arti, il-mużika, l-arkitettura, u anke ikel tradizzjonali minn pajjiżi fejn hija preżenti is-Soċjetà.
L-attività ntemmet b’talb għall-paċi, u messaġġ mid-Delegat tas-Superjur Ġenerali. Wara, dawk preżenti qattgħu ftit ħin informali flimkien f’atmosfera ta’ fraternità.


