Min Jien?
Seminar għall-Kandidati (Malta)
16 Frar, 2026
Mill-Ġimgħa 13 sal-Ħadd 15 ta’ Frar 2026, grupp ta’ seba’ kandidati fl-ewwel sentejn tal-formazzjoni ħadu sehem f’seminar bl-isem Min Jien?
Matul dawn il-jiem, sessjonijiet immexxija minn membri tas-Soċjetà, li inkludew attivitajiet fi grupp, case studies u films, għenu lill-parteċipanti jirriflettu fuq il-personalità tagħhom, l-intelliġenza emozzjonali, ir-rwoli f’tim u s-sesswalità. Kien hemm ukoll mumenti ta’ talb u rikreazzjoni li għenu fit-tkabbir personali u saħħew l-ispirtu ta’ komunità.

Rooted in today,