Bejn il-15 u l-21 ta’ Settembru 2024, 50 żagħżugħ u żagħżugħa u isqfijiet minn 25 pajjiż fiż-żona tal-Mediterran iltaqgħu f’Tirana, l-Albanija għall-MED24 biex jikkolaboraw flimkien għall-bini tal-paċi u għall-promozzjoni tad-djalogu inter-kulturali u inter-reliġjuż.
Matul din il-ġimgħa saru diskussjonijiet dwar l-edukazzjoni, l-komunikazzjoni u l-iżvilupp fiż-żona tal-Mediterran. It-tema magħżula kienet Pellegrini tat-Tama, Bennejja tal-Paċi. Matul dan l-avveniment, il-Papa Franġisku bagħat messaġġ irrekordjat għall-okkażjoni. Fost il-parteċipanti, ħa sehem ukoll l-Isqof Awżiljarju Mons. Joe Galea Curmi flimkien ma’ żewġ żgħażagħ Maltin.
Il-Membru Warren Vella anima attività indirizzata liż-żgħażagħ parteċipanti. L-attività saret fil-Villaġġ tal-Paċi fi Shkodra. It-tema tal-attività kienet Ikkalma, Għasses lil Qalbek, Kun ta’ Veru! Din l-attività għenet liż-żgħażagħ biex jirriflettu fuq ħajjithom u biex jinterjoriżżaw l-esperjenzi li jgħaddu minnhom.