Magħmudija u l-Ewwel Tqarbina (Kenja)
22 June, 2025
Nhar il-Ħamis 19 ta’ Ġunju 2025, iktar minn 50 tifel u tifla ircevew is-Sagrament tal-Magħmudija fil-Parroċċa ta’ San Franġisk, f’Ruiru, il-Kenja. Għoxrin minn dawn it-tfal kienu ppreparati permezz tal-programm ta’ katekeżi fil-qasam ta’ Ruiru.
Fil-festa ta’ Corpus Christi, nhar it-22 ta’ Ġunju 2025, 156 tifel u tifla, li 51 minnhom ġew ppreparati mill-membri tal-qasam, irċevew l-Ewwel Tqarbina.
Nitolbu għal dawn it-tfal biex ikomplu jikbru fil-ħajja nisranija tagħhom.