Fil-knisja ta’ Holy Eucharist f’St Albans, l-Awstralja, għaxar katekumenti tgħammdu waqt il-Velja tal-Għid nhar is-Sibt, 4 ta’ April 2026. Kien mument tassew sabiħ li jqawwi l-fidi. Dawn l-għaxar persuni kienu ilhom sena jippreparaw ruħhom biex jingħaqdu mal-Knisja Kattolika fil-qasam ta’ St Albans, permezz ta’ laqgħat ta’ katekiżmu kull ġimgħa.
Fost il-katekumenti kien hemm omm flimkien ma’ bintha u binha, kif ukoll missier u bintu, li kollha tgħammdu fl-istess okkażjoni.
Fl-omelija tiegħu, is-saċerdot enfasizza li, bħala Kattoliċi li għadhom kif tgħammdu, huma msejħin biex iħarsu lejn Kristu bħala d-dawl li jmexxi fi t-triq tal-fidi tagħhom. Kristu jdawwal ħajjitna u jħeġġiġna nafdaw fil-qawwa tiegħu li kapaċi ġġib il-bidla, u li tittrasforma lil kull Nisrani f’persuna aħjar biex tkun tista’ taqdih.
Xi membri mill-qasam ta’ St Albans aċċettaw b’ġenerożità li jkunu parrini għal xi wħud mill-katekumenti, biex jakkumpanjawhom fil-mixja tal-fidi tagħhom. Nirringrazzjaw lil Alla li xi wħud minnhom diġà esprimew ix-xewqa li jkomplu bil-programm ta’ formazzjoni tal-fidi fil-qasam.
Wara l-Velja, l-insara l-ġodda, flimkien mal-qraba u l-parrini tagħhom, ġew mistiedna fil-qasam ta’ St Albans biex jiċċelebraw din l-okkażjoni speċjali fi spirtu ta’ fraternità.


