Nhar is-Sibt 26 ta’ April 2025, sar irtir ta’ ġurnata fil-qasam ta’ St Albans li għalih attendew 30 żagħżugħ/a. It-tema tal-ġurnata kienet ‘Leave a Little Room for God’, b’rabta mal-Ġublew tat-Tama.
Il-ġurnata bdiet b’riflessjoni minn Fr Robin CSsR, li enfasizza l-importanza li nsibu spazju għal Alla fl-ħajja. Wara kien hemm diskussjonijiet fi gruppi, li pprovdew opportunità biex wieħed jidħol aktar fil-fond dwar kif Alla jsejjaħ liż-żgħażagħ illum. Minkejja l-isfidi mill-kultura materjalista u sekulari, kien hemm sens ta’ ftuħ u aċċettazzjoni lejn is-sejħa ta’ Alla mill-parteċpanti. Żewġ żgħażagħ qasmu wkoll ix-xhieda tagħhom tal-fidi mal-bqija tal-grupp.
Uħud mill-parteċipanti ħadu ħsieb li jorganizzaw il-mużika u l-innijiet, kif ukoll li jikkoordinaw attivitajiet oħra bħal logħob u mumenti soċjali.