Il-membri tal-Grupp San Ġorġ Preca ltaqgħu fil-qasam ta’ Korçë nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Diċembru 2025. Il-laqgħat kienet marbuta mat-tema tat-twelid ta’ Ġesù Bambin. Il-membri tal-qasam ta’ Korçë wrer kif bħalma San Ġorġ Preca ħadem biex ixerred id-devozzjoni lejn l-Inkarnazzjoni f’Malta ta’ żmienu, hekk ukoll, kull nisrani għandu d-dmir li huwa wkoll jagħmel ħiltu biex jgħin lill-oħrajn jiccelebraw il-Milied fi spirtu nisrani. Il-Milied mingħajr Ġesù jsir festa u ċelebrazzjoni vojta.
Permezz ta’ riflessjoni mill-Iskola ta’ Betlem miktuba minn San Ġorġ Preca, il-membri tal-Grupp San Ġorġ Preca komplew jirriflittu aktar fuq il-kobor tal-Inkarnazzjoni. Ġesù ta’ Betlem hu tassew l-akbar rigal minn Alla l-Missier għall-bnedmin kollha. Huwa hu l-Kelma ta’ Alla għalina!
Il-Kappillan ta’ Korçë, il-Viċi-Kappillan u s-seminarista li qed jaqdi fil-parroċċa kienu preżenti għall-laqgħa. Il-laqgħa ntemmet b’ħin soċjali. Nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid li qed isir permezz tal-Grupp San Ġorġ Preca f’Korçë.

