Nhar il-Ħamis 11 ta’ Diċembru 2025, 16-il membru tal-Grupp Żgħażagħ SDC iltaqgħu fid-Dar Ġenerali għal ċelebrazzjoni tal-Milied.
Il-laqgħa bdiet b’messaġġ tas-Superjur Ġenerali u wara segwa l-feature Bi Imħabba Kbira, li pproduċiet is-Soċjetà għal dan il-Milied. Wara d-Delegat Joseph Bonnici qasam ħsieb dwar it-triq iż-żgħira għall-qdusija, kif proposta minn Santa Tereża tal-Bambin Ġesù. Il-preżenti ddiskutew aspetti differenti ta’ din l-ispiritwalità. Il-programm kompla b’ħin ta’ adorazzjoni quddiem l-Ewkaristija li matulha inqrat il-meditazzjoni dwar l-umiltà mill-Iskola ta’ Betlem, miktiuba minn San Ġorġ Preca. Ma naqasx il-kant ta’ innijiet tradizzjonali tal-Milied.
Wara ċ-ċelebrazzjoni ż-żgħażagħ inġabru għall-ikel flimkien u qattgħu ħin soċjali fi spirtu ta’ ħbiberija.

