Il-ġenituri u l-familjari tal-membri li qed iservu fl-amministrazzjoni u ta’ dawk li qed jaqdu l-missjoni tagħhom f’oqsma barra minn Malta kienu mistiedna għal-laqgħa tal-Milied li ssir apposta għalihom kull sena fiċ-Ċentru tal-Konferenzi Dar il-Ħanin Samaritan, Santa Venera nhar il-Ħadd 21 ta’ Diċembru 2025.
L-ewwel parti tal-attività inkludiet qari mill-Iskrittura, kant ta’ innijiet tal-Milied u riflessjoni fuq il-Ħniena ta’ Alla mill-kitba L-Iskola ta’ Betlem ta’ San Ġorġ Preca. Fil-messaġġ tiegħu, is-Superjur Ġenerali irringrazzja lis-Sinjur Alla tas-sapport li l-membri jsibu mill-familjari tagħhom u nkoraġġihom biex jitolbu għal aktar vokazzjonijiet. Wara huwa mexxa t-talba tan-Novena.
Din il-parti formoli ntemmet bil-filmati li bagħtu l-membri Maltin li qed iservu fil-missjoni barra minn Malta bl-awguri tagħhom tal-Milied.
Wara, il-mistednin kellhom riċeviment flimkien, fejn f’atmosfera familjari gawdex il-kumpanija ta’ xulxin u awguraw il-Milied it-Tajjeb lil xulxin.

