Nhar it-Tnejn l-1 ta’ Settembru, 2025, l-Assistant Superjur Ġenerali flimkien mal-membri tal-qasam ta’ Ruiru, l-Kenja, ltaqgħu mal-Arċisqof Metropolitan ta’ Nairobi, l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Philip Arnold Subira Anyolo. Matul il-laqgħa, li saret fir-residenza tal-arċisqof, il-membri tkellmu fuq il-vokazzjoni museumina u l-appostolat li qed isir f’Ruiru u f’Kiratina mill-membri u l-kandidati. Huwa wera nteress biex isir jaf aktar fuq is-Soċjetà u l-ħidma li qed twettaq mat-tfal, żgħażagħ u adulti fil-formazzjoni tal-fidi tagħhom. L-Arċisqof apprezza ħafna l-appostolat li qed isir mis-Soċjetà u ħeġġeġ lill-membri biex ikomplu jaħdmu għall-ġid tal-Knisja. Nirringrazzjaw lil Alla!
