Fi tmiem is-sena skolastika ta’ FAITH Catholic School fi ħdan il-Kulleġġi FAITH, ġewwa Tanauan City, il-membri tal-qasam ta’ Lipa ntalbu biex imexxu laqgħa riflessiva għall-istaff u l-amministrazzjoni tal-iskola. Din il-laqgħa saret il-Ħamis, 30 t’April u kienet ibbażata fuq it-tema L-Għalliema bħala Xhieda.
In-nofstanhar fetaħ biċ-ċelebrazzjoni tal-quddies, fis-Sala Multi-Purpose tal-iskola. ikkonċelebraw Fr Lorenzo Zara u Fr Darwin de Leon, u preżenti wkoll kien hemm numru sabiħ ta’ katekisti mill-parroċċi tal-madwar, li kienu qed jieħdu sehem f’ġimgħa ta’ formazzjoni fl-iskola.
Fil-laqgħa nfisha kien hemm mumenti ta’ talb u eżami tal-kuxjenza għall-għalliema, kif ukoll diskussjoni fi gruppi dwar li wieħed jagħti xhieda għal Kristu u qsim t’esperjenzi dwar il-vjaġġ ta’ kull parteċipant fil-professjoni tal-għalliema. Id-diskors prinċipali inbena fuq elementi mill-messaġġ tal-Papa Ljun XIV lill-għalliema fil-Ġublew tat-Tama.
Bħala tifkira żgħira lil dawk preżenti, ingħataw salib u ġewnaħ biex ifakkru fil-kliem tas-Salm 91, “Bir-rix tiegħu jgħattik, u taħt ġwenħajh tistkenn.” Tqassmet ukoll “karta ta’ emerġenza” b’diversi referenzi skritturali għal sitwazzjonijiet differenti li jistgħu jinqalgħu.
Nirringrazzjaw lis-Sinjur Alla u lil FAITH Catholic School għal din l-opportunità ta’ formazzjoni.


