L-Isqof ta’ Għawdex jiltaqa’ mal-Membri Għawdxin
21 August, 2025
L-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Anton Teuma, indirizza lill-membri Għawdxin fil-Laqgħa tal-Erbgħa nhar l-20 ta’ Awwissu 2025. It-tema tal-laqgħa kien: Kif nieħdu ħsieb tagħna nfusna fil-ħajja impenjata tagħna. Huwa emfasizza l-importanza li fil-ħajja wieħed iżomm ruħu fin-normal u jevita l-eċċessi għax din tiswa ta’ ġid kemm għar-ruħ, kif ukoll għall-ġisem.
L-Isqof Teuma ħeġġeġ lill-membri biex isaħħu r-relazzjoni tagħhom ma’ Ġesù biex ikunu jistgħu jwasslu l-esperjenza nisranija tagħhom ma’ dawk li jwettqu l-appostolat.
Il-membri ħadu l-opportunità biex jitolbu għall-Isqof Teuma fl-okkażjoni f’għeluq il-ħames snin tal-episkopat tiegħu.