L-Ewwel Tqarbina (Sagua)
24 June, 2025
Fil-festa ta’ Corpus Christi, il-Ħadd 22 ta’ Ġunju 2025, sittax-il tifel u tifla minn Sagua la Grande, Kuba, irċevew l-Ewwel Tqarbina fil-knisja parrokkjali. Bi tħejjija għal din l-okkażjoni, il-Ġimgħa ta’ qabel l-Ewwel Tqarbina, il-membri flimkien mal-Kappillan Fr. Wilfredo u żewġ katekisti lokali, organizzaw laqgħa speċjali għat-tfal u l-ġenituri tagħhom. Wara ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tal-Ħadd, il-kongregazzjoni kollha ħadet sehem f’purċissjoni bis-Sagrament Imqaddes, u wara kien hemm riċeviment organizzata mill-ġenituri fil-qasam. Ejjew nitolbu li dawn it-tfal ikomplu jgħożżu l-Ewkaristija matul ħajjithom.