Fit-30 ta’ Novembru 2025, grupp ta’ tfal fil-parroċċa ta’ Manchay rċevew is-sagrament tal-Ewwel Tqarbina. Xi wħud minnhom irċevew ukoll is-sagrament tal-Magħmudija.Dawn it-tfal tħejjew għas-sagramenti mill-membri u kandidati tal-qasam ta’ Lurin fil-kappella ta’ Santo Domingo de la Calzada Señor de Los Milagros.
Din kienet it-tieni sena li grupp ta’ tfal, imħejjija mill-qasam ta’ Lurin, irċevew is-sagramenti minn meta l-qasam beda l-appostolat tiegħu f’Manchay.
Il-Ħadd ta’ wara, 7 ta’ Novembru 2025, dawn it-tfal kienu mistiedna biex izuru l-qasam ta’ Lurin biex jaraw u jifhmu x’isir fil-qasam. Wara kellhom ħin ta’ logħob u kielu flimkien.
Nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid li jsir permezz tas-Soċjetà.

