Fit-23 ta’ Settembru 2024, il-komunità tal-iSkola St Michael laqgħet 72 student ġdid li bdew il-mixja edukattiva tagħhom. Il-ġurnata bdiet b’assembly qasira fil-bitħa u quddiesa flimkien mal-istaff u l-ġenituri tal-istudenti fis-sala. Wara li ngħataw merħba mis-surmast, is-Sur Johann Tabone, l-istudenti daru dawra mal-iskola flimkien mal-class mentors u edukaturi oħra. Din il-parti ntemmet bi kwizz dwar l-iskola mmexxi mis-Sur Aloisio.
L-istudenti kellhom ukoll logħob organizzat mill-għalliema tal-PE u fl-aħħar kellhom laqgħa mal-għalliema li se jgħallmuhom matul din is-sena. L-istudenti dehru entużjasti għal din il-fażi ġdida f’ħajjithom. Inkomplu nitolbu l-protezzjoni ta’ San Mikiel fuq dawn l-istudenti u fuq l-edukaturi kollha li se jaħdmu magħhom fiż-żmien li ġej.