Il-qasam ta’ St Albans organizza dramm tal-Aħħar Ċena għat-tfal li jattendu l-katekiżmu fl-istess qasam. Permezz ta’ dan ir-role-play, it-tfal irrappreżentaw mill-ġdid dak li għamel Ġesù f’dan il-mument tant importanti fil-lejl ta’ qabel il-passjoni tiegħu. L-attività enfasizzat it-twaqqif tal-Ewkaristija u l-ħasil tas-saqajn tal-Appostli. Il-ġenituri tat-tfal li ħadu sehem fid-dramm ipparteċipaw billi ħaslu s-saqajn ta’ wliedhom stess.
Din ir-rappreżentazzjoni wasslet il-messaġġ li kull Nisrani hu msejjaħ jimita l-azzjonijiet ta’ Ġesù billi jħobb lill-oħrajn permezz tas-servizz. Din hija s-sejħa tal-ġenituri fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom, jiġifieri li jaqdu lil uliedhom u jagħtu lilhom infushom b’qalbhom kollha lill-familji tagħhom.
Kelma speċjali ta’ tifħir tmur lit-tfal kollha li ħadu sehem fid-dramm. Huma daħlu sew fid-drama billi immaġinaw lilhom infushom fl-Aħħar Ċena ma’ Ġesù u għexu dawn il-mumenti tant sinifikattivi.


