F’Holy Eucharist Church, St Albans, il-Qasam ipparteċipa fil-Ġurnata Multikulturali organizzat mill-parroċċa fit-22 ta’ Marzu 2025. Il-parroċċa tiġbor fiha komunità diversa, li tirrappreżenta nazzjonijiet minn madwar id-dinja, inklużi Malta, Kroazja, Italja, Polonja, Irlanda, Vjetnam, il-Filippini, Malasja, Indoneżja, Samoa, Sudago, Indja, Sri Lanka, Zimbabwre, Congo, Sudan, u Kenja fost oħrajn.
Ġiet iċċelebrata Quddiesa speċjali, fejn ħafna taw sehemhom biex jirriflettu l-wirt kulturali ta’ dawk preżenti. Is-saċerdot enfasizza li, minkejja l-kulturi diversi, hija l-fidi komuni tagħhom fi Kristu li tgħaqqadhom bħala komunità waħda li temmen.
Iż-żgħażagħ tal-Qasam libsu l-ilbies tradizzjonali tagħhom u wara l-Quddies qasmu flimkien ikel li ġej mill-kulturi rispettivi tagħhom.
Kienet okkażjoni tassew qawwija li saħħet l-ispirtu ta’ għaqda u appartenenza.