Il-membri tal-qasam ta’ Sagua la Grande, Kuba, organizzaw kompetizzjoni ta’ filmati qosra għat-tfal mill-parroċċi kollha tad-Djoċesi ta’ Santa Klara. It-tfal tal-iskejjel primarji ġew mistiedna joħolqu filmat ta’ madwar żewġ minuti, li jiffoka jew fuq il-Ġublew tat-Tama 2025 jew fuq is-sinifikat tal-virtù Nisranija tat-tama. Madwar ħamsin tifel u tifla li ħadu sehem fil-kompetizzjoni wrew t-talenti u l-ħiliet tagħhom bix-xogħol li għamlu. Ġie mwaqqaf bord ta’ tmien persuni, minn diversi djoċeżijiet, biex jevalwa x-xogħol tat-tfal u jagħżel l-aqwa għaxar filmati minn żewġ kategoriji bbażati fuq l-età. Wieħed seta’ jinnota l-entużjażmu li wrew it-tfal u l-filmati mill-isbaħ li kienu kapaċi jipproduċu.


