“Jien id-Dielja, intom il-Friegħi”
08 June, 2025
Il-membri tal-Fergħa tal-Koperaturi iltaqgħu għal irtir ta’ nofs ta’ nhar nhar il-Ħadd, 8 ta’ Ġunju 2025, fl-Iskola St Michael. Flimkien mal-konjuġi tagħhom ħadu sehem f’mumenti ta’ riflessjoni u talb marbuta mat-tixbiha li Ġesù juża’ fl-Evanġelju ta’ San Ġwann (Ġwanni 15:5) biex jiddeskrivi r-relazzjoni tiegħu mad-dixxipli: “Jien id-dielja, intom il-friegħa”.
Il-membru David Galea mexxa żewġ riflessjonijiet, b’mument ta’ fraternità bejniethom. L-irtir intemm b’talb tal-Fundatur San Ġorġ Preca.