Bejn l-1 u l-4 ta’ Lulju 2026, dsatax-il membru żagħażugħ qattgħu erbat ijiem ta’ mistrieħ f’Dar Għajn Karem, Għawdex. Permezz ta’ ħin informali flimkien huma kellhom l-opportunità li jikbru aktar flimkien fil-ħbiberija ta’ bejnithom, u jsiru jaf aktar lil xulxin.
Huma kellhom l-opportunità li jżuru l-Bażilika ta’ San Ġorġ, ir-Rabat, fejn l-Arċipriet Kan. Joseph Curmi ta spjega interessanti dwar il-Kappella tal-Adorazzjoni Neo-Biżantina u wara żaru l-museum Il-Ħaġar: Heart of Gozo.
Tisjir u ikel flimkien, għawm, żjara fil-Bażilika tal-Madonna ta’ Pinu, u ħinijiet ta’ talb flimkien, dawn kollha taw esperjenza sabiħa li ġagħlithom iħobbu aktar lis-Soċjetà Museumina u l-vokazzjoni tagħhom.
Nirringrazzjaw lis-Sinjur Alla għal dak kollu li qed jagħmel ma’ dawn il-membri u l-ġid li qed isir permezz tagħhom. Deo Gratias!


