Tlieta u għoxrin kandidat u pre-kandidati mill-oqsma ta’ Malta u Għawdex inġabru f’Dar Għajn Karem, Għawdex, bejn is-26 u d-29 ta’ Ġunju 2025 għal-livein annwali tagħhom. Dawn il-jiem għenu biex jissaħħu l-ħbiberiji fliwaqt li tkompli tissaħħaħ l-għaqda ta’ bejniethom. Il-programm inkluda Quddiesa ta’ kuljum, talb, riflessjoni, ikliet, mixja bil-lejl, għawm, attività kulturali, u treasure hunt. Diversi attivitajiet ta’ group-building għenu lill-kandidati jkomplu joħolqu interazzjoni b’saħħitha bejniethom. B’mod sempliċi, bil-ferħ, u bl-imħabba fraterna, dan il-livein bidel mumenti ordinarji f’opportunitajiet biex Alla jkun igglorifikat filwaqt li dawn iż-żgħażagħ igawdu l-preżenza ta’ xulxin fi spirtu ta’ ħbiberija sinċiera.