Is-Superjur Ġenerali żar Melbourne bejn it-23 ta’ Lulju u l-1 ta’ Awwissu 2025 bil-għan ewlieni li jiltaqa’, jappoġġja, u jinkoraġġixxi lill-membri tal-Soċjetà, filwaqt li jiltaqa’ ma’ dawk li jattendu l-oqmsa Museumini. Il-preżenza tiegħu ġabet sens ta’ ferħ u unità fil-komunità. Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Lulju, huwa ltaqa’ u ndirizza lill-adolexxenti li jiltaqgħu kull ġimgħa fil-qasam ta’ St Albans, fejn qasam magħhom kliem ta’ ispirazzjoni u inkoraġġiment. L-għada, is-Sibt 26 ta’ Lulju, huwa qatta’ ħin maż-żgħażagħ, fejn qasam riflessjoni dwar ir-relevanza tal-ispiritwalità ta’ San Ġorġ Preca fid-dinja tal-lum. Il-ħsibijiet u l-esperjenzi tiegħu kienu ta’ ispirazzjoni għaż-żgħażagħ biex jgħixu l-fidi tagħhom b’entużjażmu u għenu ħafna biex ikomplu jissaħħu r-relazzjonijiet fil-komunità.
