Is-Superjur Ġenerali tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija żar il-qasam ta’ Adelaide bejn it-8 u s-17 ta’ Lulju 2025. Fost il-laqgħat li kellu, huwa attenda żewġ laqgħat mal-Assoċjati u mal-Preca Companions in Mission, kif ukoll seminart ta’ tmiem il-ġimgħa għall-familji u ġurnata ma’ żgħażagħ. It-temi li tkellem fuqhom waqt il-laqgħat kienu jinkludu ‘Ispirati mill-Qaddisin biex Inħobbu Aktar’, il-Vokazzjoni Museumina, u l-Ħames Veritajiet, ispirati mill-ktieb Falling Upward ta’ Fr Richard Rohr.
Iż-żjara kienet mument tajjeb biex wieħed jirrifletti fuq il-missjoni tal-SDC fil-kuntest Awstraljan u biex jissaħħu r-relazzjonijiet fost dawk kollha involuti fl-appostolat tas-Soċjetà.


