Is-Sagramenti tar-Rikonċiljazzjoni u tat-Tqarbin
23 September, 2024
Nhar il-Ħadd 15 ta’ Settembru, il-Qasam ta’ St Albans (Awstralja) iċċelebra s-sagramenti tar-Rikonċiljazzjoni u t-Tqarbin ta’ 18-il tifel u adoloxxenti. Jekk Alla jrid, adolexxent minnhom, li qed jattendi l-programm ta’ inizjazzjoni (RCIA) se jkun ikkonfermat fil-Knisja Kattolika s-sena d-dieħla. Fr Dom Carrighan CSsR mill-parroċċa ta’ Holy Eucharist Church amministra s-sagramenti. It-tfal ħadu sehem b’mod attiv waqt il-Quddiesa b’uħud minnhom li qraw il-qari tal-Quddiesa u oħrajn ippreżentaw l-offerti. Ejjew inżommu lil dawn it-tfal u ż-żgħażagħ fit-talb tagħna biex ikomplu jissaħħu il-ħbiberija tagħhom ma’ Ġesù.