Bil-għajnuna t’Alla, is-Soċejtà Museumina ċċelebrat iċ-Ċerimonja ta’ Inkorporazzjoni f’Sagua La Grande, Kuba, nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju 2026, li fiha l-kandidat Yohansys Rojo Gonzalez sar membru sħiħ tas-Soċjetà.
Għal dawn l-aħħar snin, Yohansis rċieva l-formazzjoni tiegħu fil-qasam ta’ Sagua u qiegħed jieħu ħsieb il-grupp tal-adolexxenti tal-istess qasam, fost impenji oħra marbuta mal-appostolat li jitwettaq fil-qasam.
Iċ-ċerimonja tmexxiet mis-Superjur Ġenerali u l-membru John Mifsud għamel id-diskors tal-okkażjoni fejn qal li kull vokazzjoni hija rigal li Alla jagħti għall-ġid tal-komunità. Preżenti kien hemm in-Nunzju Appostoliku ta’ Kuba Mons. Antoine Camilleri, Mons. Arturo Gonzalez Amador, Isqof tad-Djoċesi ta’ Santa Klara, il-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Sagua La Grande Dun Wilfredo Leiter Juvier u Dun Stephen Magro, li huwa saċerdot missjunarju u kappillan tas-Santwarju tal-Madonna tal-Karità f’Santa Klara.
It-tfal u l-adolexxenti tal-qasam, flimkien mal-ġenituri tagħhom u l-membri tal-Grupp San Ġorġ Preca attendew bi ħġarhom għal din l-okkażjoni sabiħa u ta’ tama għad-djoċesi.
Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni, is-Superjur Ġenerali qassam ktieb Gilbert Simiana: Tras Los Pasos de Jesús miktub bl-Ispanjol mis-Superjur tal-qasam ta’ Sagua, Stephen Zammit, dwar il-ħajja eżemplari u ta’ ispirazzjoni ta’ Gilbert Simiana.
Nirringrazzjaw lill-Mulej li għoġbu jbierek lis-Soċjetà Museumina b’vokazzjoni ġdida.


