Bejn il-Ġimgħa 6 u l-Ħadd 8 ta’ Marzu 2026, il-kandidati li jinsabu fl-aħħar tliet snin tal-formazzjoni tagħhom inġabru f’Dar Betsajda għal seminar bit-titlu Il-Vokazzjoni Museumina: Stil ta’ Ħajja.
Matul is-seminar, il-parteċipanti rriflettew fuq id-diversi dimensjonijiet tal-vokazzjoni Museumina: lajkali, ċelibatarja, attiva-apostolika, profetika u kontemplattiva. Dawn id-dimensjonijiet ġew esplorati permezz ta’ diversi attivitajiet, films, diskussjonijiet fi gruppi u case studies li għenu għar-riflessjoni personali u djalogu fil-grupp.
Il-kandidati kellhom ukoll l-opportunità li jsaħħu l-fraternità bejniethom permezz ta’ mumenti ta’ talb u ħin għar-rikreazzjoni.
Inżommu lil dawn iż-żgħażagħ fil-ħsieb u fit-talb tagħna fil-proċess ta’ dixxerniment tagħhom, sabiex ikollhom il-kuraġġ jaċċettaw il-vokazzjoni Museumina jekk din tkun tassew is-sejħa tagħhom.


