Biex tiċċelebra l-100 sena anniversarju mill-kanonizzazzjoni ta’ San Ġwann Marija Vianney, il-qaddis patrun tal-kappillani, is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija stiednet lis-saċerdoti djoċesani u l-patrijiet reliġjużi kollha għal laqgħa speċjali fl-Awditorju, l-Blata l-Bajda. Il-laqgħa li saret l-Erbgħa, 26 ta’ Novembru 2025, fakkret il-ħajja qaddisa ta’ dan is-saċerdot umli li offra ħajtu kollha għall-parruċċani ta’ Ars b’imħabba kbira u b’sens qawwi ta’ penitenza.
Ix-xhieda qawwija ta’ umiltà, ta’ perseveranza u ta’ mħabba bla kundizzjoni ta’ dan il-qaddis, tqanqal mhux mhux biss lil dawk kollha msejħin għas-saċerdozju, iżda lil kull nisrani li jixtieq jingħata kompletamnet lil Alla.
Nitolbu lis-Sinjur Alla biex ikompli jagħti lill-Knisja saċerdoti qaddisa li jaqduh bl-imħabba fuq l-eżempju ta’ Ġesù Kristu, ir-Ragħaj it-Tajjeb.

