Tul il-Ġimgħa Mqaddsa, fil-Kappella ta’ Sidtna Marija tal-Medalja Mirakluża, ġew imħejjija u ċċelebrati l-attivitajiet prinċipali ta’ din il-ġimgħa tant importanti fis-sena liturġika tal-Knisja. Il-ġimgħa bdiet biċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm.
F’Ħamis ix-Xirka ġiet imfakkra l-Ikla tal-Mulej, u kien hemm ukoll ħin għal Viżti u mumenti ta’ adorazzjoni personali quddiem l-Artal tar-Ripożizzjoni. Nhar il-Ġimgħa l-Kbira filgħodu, il-kappella kienet miftuħa għal ħin ta’ talb, filwaqt li wara nofsinhar saret il-Funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib.
Il-qofol ta’ din il-ġimgħa ntlaħaq is-Sibt bil-Vġili tal-Għid u kompliet fil-Ħadd filgħodu bil-Quddiesa solenni ta’ Ħadd il-Għid.
Nirringrazzjaw lil Alla għal dak kollu li wettaq ma’ tant nies li żaru l-kappella u ħadu sehem f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet qaddisa.


