Fl-okkażjoni tat-800 sena mill-mewt ta’ San Franġisk ta’ Assisi, il-laqgħa tal-Grupp San Ġorġ Preca ta’ nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju 2026 saret fil-knisja tas-Salib Imqaddes, jew kif magħrufa bħala Tal-Kapuċċini, il-Furjana. Il-laqgħa bdiet quddiesa b’quddiesa ċċelebrata mill-Provinċjal Patri Ivan Scicluna OFM Cap.
Wara, l-Provinċjal qasam ħsieb dwar Xebħ bejn San Franġisk t’Assisi u San Ġorġ Preca. Fir-riflessjoni hu wera kif iż-żewġ qaddisin għaddew minn esperejnzi ta’ tiġrib, għexu ħajja ta’ intimità ma’ Alla, ħaddnu l-virtù tal-umiltà u mmeditaw l-esperjenza tal-mewt.
Il-laqgħa ntemmet bit-talba li Papa Ljun XIV kiteb għal dan iċ-ċentinarju. Fl-aħħar saret bibita fil-pjazza quddiem il-knisja.


