Grupp ta’ għaxar membri marru Ruma bejn il-Ġimgħa 6 u l-Ħadd 8 ta’ Ġunju 2025 biex jieħdu sehem fil-Ġublew tal-Movimenti Ekkleżjali, Assoċjazzjonijiet u Komunitajiet Ġodda. F’dan avveniment speċjali ġew ċelebrati l-unità u l-ispirtu ta’ tiġdid fil-Knisja.
Matul dawn il-jiem, il-grupp ħa sehem f’pellegrinaġġ lejn il-Bieb Qaddis fil-Bażilika ta’ San Pietru, u l-bibien qaddisia fil-Bażiliċi Maġġuri l-oħra, f’Ruma.
Nhar is-Sibt filgħaxija huma ngħaqdu ma’ eluf ta’ membri ta’ għaqdiet u movimenti oħra fi Pjazza San Pietru għall-Velja ta’ Pentekoste li tmexxiet minn Papa Ljun XIV. Il-Ġublew kompla l-Ħadd bil-quddiesa ta’ Pentekostè li wkoll tmexxiet mill-Qdusija Tiegħu il-Papa.
Fil-messaġġ tiegħu, il-Papa nnota li l-arkitettura ta’ Pjazza San Pietru tirrifletti l-għaqda fil-knisja li jrid jesperjenza kull membru li huwa parti minn moviment, assoċjazzjoni jew komunità fil-Knisja.