Bejn il-Ġimgħa 3 u l-Ħadd 5 ta’ Ottubru 2025, is-Superjur Ġenerali, flimkien ma’ grupp ta’ tmien membri, ħadu sehem fil-Ġublew tal-Missjonijiet f’Ruma. Dan il-Ġublew tal-Missjonijiet kien parti mill-Ġublew tat-Tama 2025, li l-Knisja Kattolika ddedikat għat-tiġdid tal-fidi u l-ispirtu missjunarju. Eluf ta’ missjunarji minn madwar id-dinja nġabru biex jitolbu, jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, u jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jxandru l-Evanġelju. Matul dawn il-jiem, il-pellegrini pparteċipaw f’Quddies speċjali, mumenti ta’ riflessjoni, u kellhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ missjunarji oħra. Dan il-ġublew serva bħala tfakkira li l-vokazzjoni missjunarja tibqa’ sinjal ħaj tal-missjoni universali tal-Knisja fid-dinja tal-lum.


