Ġublew tal-Katekisti
25 September, 2025
Illum, il-Ħamis 25 ta’ Settembru 2025, grupp ta’ 23 membru telaq lejn Ruma biex jieħu sehem fil-Ġublew tal-Katekisti. Dan il-ġublew huwa ċelebrazzjoni ddedikata lil dawk il-persuni li jiddedikaw ħajjithom biex jgħallmu it-tagħlim nisrani u jaqsmu l-fidi tagħhom mal-oħrajn. Huwa wkoll mument ta’ tiġdid, li jistieden lill-katekisti japprofondixxu r-relazzjoni tagħhom ma’ Ġesù waqt li jkomplu bil-missjoni tagħhom. Nieħdu din l-okkażjoni tal-Ġublew tal-Katekisti biex ringrazzjaw lil Alla għall-impenn tal-katekisti kollha fis-sejħa tal-evanġelizzazzjoni u biex nitolbu għalihom ħalli jipperseveraw fil-ħidma tagħhom għat-tixtrid tal-Evanġelju.

Attività għall-Kandidati (Malta)