Ġublew tal-Katekisti (Lurin)
06 May, 2025
Id-Djoċesi ta’ Lurin, fin-nofsinhar ta’ Lima, organizzat il-Ġublew tal-Katekisti għal din is-sena ġubilari tat-tama. Il-katekisti kollha tad-djoċesi inġabru nhar l-Ħadd 4 ta’ Mejju 2025 filgħodu fejn f’atmosfera ferriħija, kien hemm kant u diskors indrizzat lejn il-katekisti. Wara il-katekisti kollha mxew f’forma ta’ pellegrinaġġ mill-Kulleġġ ta’ San Pietru lejn il-Katidral ta’ San Pietru fejn l-Isqof Carlos García Camader qaddes il-Quddies. Il-membri u l-kandidati tal-qasam ta’ Lurin ipparteċipaw f’dan il-pellegrinaġġ. Inkomplu nitolbu biex il-kateksiti jkunu dejjem aktar fidili lejn il-Kelma t’Alla biex iwassluha lill-oħrajn bil-ferħ.