Bejn l-24 u t-28 ta’ April 2025, grupp ta’ 73 adolexxent minn numru ta’ ċentri minn Malta u Għawdex se jingħaqdu mat-80,000 adolexxent minn madwar id-dinja għall-Ġublew tal-Adolexxenti. Għalkemm il-mewt ta’ Papa Franġisku effettwat ftit il-programm ta’ attivitajiet, madankollu ċ-ċelebrazzjoni ta’ dan il-ġublew kompliet b’numru ta’ attivitajiet fosthom laqgħa speċjali għall-pellegrini Maltin nhar il-Ġimgħa u oħra ppjanta għas-Sibt filgħaxija.
Għal dan il-Ġublew tat-Tama qed jipparteċipaw ukoll grupp ieħor ta’ 33 adolexxent mill-Iskola St Michael. Dan il-grupp se jqatta’ diversi jiem f’Assisi u jżur il-fdalijiet tal-Beatu Carlo Acutis.
Nakkumpanjaw dan il-grupp ta’ pellegrini bit-talb tagħna.