Griżma tal-Isqof (Ruiru)
25 August, 2025
Nhar il-Ħadd 24 ta’ Awwissu 2025, ħamsin adolexxent li attendew għall-formazzjoni tagħhom fil-qasam ta’ Ruiru rċevew is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-parroċċa ta’ San Franġisk t’Assisi. Il-quddies kienet ikkonċelebrata mill-istess Arċisqof Metropolian ta’ Nairobi, l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Philip Arnold Subira Anyolo. Huwa ħeġġeġ li adolexxenti biex ikomplu jgħixu l-fidi nisranija tagħhom bil-ferħ tal-Evanġelju. Talab ukoll lill-ġenituri biex ikompli jakkumpanjaw lill-uliedhom fil-mixja tagħhom lejn il-ħajja adulta. Wara ċ-ċelebrazzjoni l-kongregazzjoni iltaqgħet flimkien għal ikla f’atmosfera ta’ ħbiberija u fraternità.