Fil-Kappella ta’ San Juan Bautista (Manchay), grupp ta’ adolexxenti rċevew is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof nhar il-Ħadd 14 ta’ Diċembru 2025. Dawn kien adelexxenti li rċevew il-preparazzjoni tagħhom f’4 kappelli mill-55 kappella li hemm fil-Parroċċa ta’ Manchay. Il-membri tal-qasam ta’ Lurin jagħtu s-servizz tagħhom f’Manchay fil-preparazzjoni tas-sagramenti fil-Kappella ta’ Santo Domingo de la Calzada Señor de Los Milagros. Minbarra l-adolexxenti kien hemm ukoll numru ta’ adulti li rċevew is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof.
Is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof kien amministrat mill-Mons. Amadeo Raymi Mendoza, Vigarju tad-Djoċesi ta’ Lurin.
Fil-messaġġ li għadda l-kappillan ta’ Manchay, Fr. Fernando Apfata Chaco, esprima kemm il-parroċċa ta’ Manchay hija waħda missjunarja u li għada qed tikber fin-numru tal-Insara Kattoliċi.
Nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid kollu li qed isir fil-parroċċa ta’ Manchay.

