Fl-okkażjoni tal-10 anniversarju mill-inkorporazzjoni tagħhom fis-Soċjetà, 8 membri ingħaqdu flimkien għall-ġimgħa formazzjoni f’Dar Betsajda, iċ-Ċirkewwa (Malta), bejn it-Tnejn 10 u l-Ħadd 16 ta’ Novembru 2025.
Matul il-ġimgħa, sitt membri mill-oqsma ta’ Malta u tnejn mill-oqsma tal-Perù, irriflettew, talbu u qasmu l-esperjenzi tagħhom permezz ta’ sessjonijiet ta’ formazzjoni relatati mal-vokazzjoni Museumina. Il-membri kellhom l-opportunità li jkomplu jsiru jafu aktar lil xulxin, jikbru fil-ħbiberiji tagħhom u jissapportjaw lil xulxin fl-għixien tal-vokazzjoni.
Fi tmiem il-ġimgħa, is-Superjur Ġenerali mexxa riflessjonijiet dwar kif wieħed jgħix ħajja fil-milja tagħha speċjalment billi wieħed jagħmel ir-rieda ta’ Alla u jingħata għas-servizz tal-oħrajn. Permezz tal-film The Swimmers, il-parteċipanti irriflettew fuq il-perseveranza u l-qawwa tal-vokazzjoni.
Matul il-ġimgħa l-membri ħadu wkoll l-opportunità li jqattgħu ħin soċjali flimkien billi żaru postijiet ta’ interess.
Nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid li ħareġ matul din il-ġimgħa.

