Bi tħejjija għall-anniversarju tal-mewt ta’ Gilbert Simiana, il-membri u l-kandidati ta’ Malta ltaqgħu għal-laqgħa fl-Awditorju tad-Dar Ġenerali nhar l-Erbgħa 25 ta’ Frar 2026 bit-titlu Gilbert Simiana: Ispirazzjoni għall-Magħżulin.
Gilbert Simiana huwa adolexxent li kien jattendi l-MUSEUM tar-Rabat u li rnexxielu jgħix ħajja qaddisa minkejja l-età żgħira tiegħu.
Il-membru Robert Aloisio, li mexxa l-laqgħa, wera kif Gilbert Simiana jista’ jkun mudell ta’ kif żagħżugħ jista’ jgħix ħajja sabiħa qrib ta’ Ġesù. Permezz ta’ azzjonijiet ordinarji tal-ħajja magħmula b’mod straordinarju, kull persuna tista’ tikber fil-ħajja tal-qdusija tagħha u ssir dejjem aktar ħabiba intima ta’ Ġesù. Gilbert huwa eżempju ta’ kif wieħed jista’ jgħix ħajja altruista, ta’ paċenza fit-tbatija, ta’ relazzjoni intima ma’ Ġesù u ta’ mħabba kbira lejn il-Knisja u l-Papa.
“Jalla l-eżempju ta’ Gilbert Simiana jħeġġiġna ngħixu wkoll ħajja ta’ kwalità, infittxu l-qdusija, kull wieħed skont il-vokazzjoni partikolari tiegħu.” (L-E.T. Monsinjur Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta)


