Il-kandidati tad-Delegazzjoni ta’ Malta u Għawdex, flimkien mal-kulturi tagħhom, iltagqħu flimkien fl-iskola St Michael nhar is-Sibt 3 ta’ Jannar 2026, għall-get-together li jsir fil-bidu ta’ kull sena.
Fil-bidu, fi gruppi żgħar fis-sala tal-iskola, kull persuna qasmet ma’ sħaba l-istorja li ta’ min fejn isimha. Dan sar bħala introduzzjoni għat-tema tal-laqgħa formali li saret il-kappella. Bit-titlu U ssemih Ġesù, huma rriflettew fuq is-sinifikat tal-isem qaddis ta’ Ġesù u kif dan l-isem għandu jingħata qima u adorazzjoni għax huwa isem l-Iben t’Alla, s-Salvatur.
Fi tmiem il-laqgħa riflessiva, il-ħames membri ġodda li issa spiċċaw il-kors ta’ formazzjoni u ma għadhomx parti mill-grupp tal-kandidati, taw il-messaġġ tagħhom lill-sħabhom u inkuraġġuhom biex ikomplu jieħdu l-formazzjoni tagħhom bis-serjetà u ma jibżgħux jaċċettaw is-sejħa ta’ Alla għalihom. Din il-parti ġie konkluża b’messaġġ mis-Supejur Ġenerali.
It-tieni parti, b’laqta aktar soċjali, saret fis-sala tal-iskola fejn il-Kandidati kielu flimkien u segwew drama umoristika li kienet ippreparata min-numru ta’ kandidati stess.
Inkomplu nitolbu għall-kandidati tas-Soċjetà biex il-formazzjoni li qed jirċievu tgħinnhom jagħrfu x’inhi s-sejħa ta’ Alla għalihom.

